top of page

Min aħna

Il-LeÄ¡jun ta’ Marija huwa moviment tal-lajÄ‹i mwaqqaf mis-Serv t’Alla Frank Duff f’Dublin (l-Irlanda). L-ewwel laqgħa fil-fatt saret nhar is-7 ta’ Settembru 1921 fit-8.00 ta’ filgħaxija. Immexxi dejjem mill-ispirtu tal-Vera Devozzjoni lejn Ommna Marija, mwassla lilna minn San Luigi Marija De Montfort, il-LeÄ¡jun ta’ Marija kompla jinxtered l-ewwel fl-Irlanda, fl-Ewropa, imbagħad mad-dinja kollha.

​

F’Malta, il-LeÄ¡jun ta’ Marija twaqqaf minn Monica Walsh, 15-il sena biss wara t-twaqqif tiegħu, fit-3 ta’ Novembru 1936 f’Tas-Sliema. Tajjeb illi nsemmu li l-LeÄ¡jun Ä¡ie approvat mill-Isqof fis-sena 1940.  B’xorti tajba nistgħu ngħidu li llum il-LeÄ¡jun ta’ Marija huwa mxerred fil-parroÄ‹Ä‹i kollha ta’ Malta u t’Għawdex.  F’Għawdex il-LeÄ¡jun ta’ Marija twaqqaf nhar it-22 ta’ Jannar 1950 minn Joseph Booker u Carmelo Formosa.

Eroj tal-Leġjun

Frank Duff baxx res_edited_edited_edit

Frank Duff

Frank Duff twieled Dublin, l-Irlanda, fis-7 ta’ Ä unju 1889. Daħal fiÄ‹-ÄŠivil ta’ 18-il sena u ta’ 24 sena ingħaqad mas-SoÄ‹jetà ta’ San VinÄ‹enz de Paul. Hemmhekk, huwa Ä¡ie mwassal għal impenn aktar profond lejn il-fidi Kattolika tiegħu u kiseb sensittività kbira għall-bżonnijiet tal-foqra u żvantaÄ¡Ä¡ati.

​

Flimkien ma’ grupp ta’ nisa KattoliÄ‹i u Fr. Michael Toher, mill-ArÄ‹idjoÄ‹esi ta’ Dublin, ifforma l-ewwel praesidium tal-LeÄ¡jun fis-7 ta’ Settembru 1921. Sa mewtu fis-7 ta’ Novembru 1980, mexxa l-estensjoni dinjija tal-LeÄ¡jun b’dedikazzjoni erojka. Huwa attenda l-KonÄ‹ilju Vatikan II bħala osservatur lajk.

 

Ikklikkja fuq il-vleġġa biex tkompli.

Edel Quinn_edited_edited.jpg

Edel Quinn

 Edel Quinn twieldet f'Kanturk, Co. Cork, l-Irlanda fl-14 ta' Settembru 1907. Bħala tifla l-ambizzjoni tagħha kienet li tidħol f'kunvent kontemplattiv iżda ma tħallietx tagħmel dan minħabba saħħitha. Ta’ 20 sena ngħaqdet mal-LeÄ¡jun ta’ Marija u kienet membru entużjast.

​

Imfixkla minn mard tul ħajjitha, fl-1936 Edel inħatret Mibgħuta għall-Afrika tal-Lvant tal-LeÄ¡jun ta’ Marija – f’pajjiżi bħall-Kenja, it-Tanżanija, iż-Å»ambja u l-Mawrizju. F’dan ix-​xogħol taʼ pijunier iltaqgħet maʼ ostakli u għelbithom minkejja saħħitha u l-​kundizzjonijiet ħorox. Kellha fidi kbira fl-imħabba ta’ Alla u fiduÄ‹ja bla limitu fil-kura materna ta’ Marija Bambina.

 

Ikklikkja fuq il-vleġġa biex tkompli.

AlfieLambe-748x1024_edited_edited.jpg

Alfie Lambe

 

Il-Qaddej ta’ Alla, Alphonsus Lambe (magħruf bħala Alfie), twieled f’Tullamore, l-Irlanda fil-festa ta’ San Ä wann Battista, il-Ä imgħa, 24 ta’ Ä unju 1932, waqt il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali f’Dublin.

​

Bħal San Ä wann kien prekursur – il-prekursur tal-LeÄ¡jun ta’ Marija.

 

Wara li għadda żmien ta' żgħożitu fin-novizzjat tal-Aħwa Nsara Irlandiżi, li kellu jħalli minħabba saħħa delikata, sab il-vokazzjoni tiegħu fil-LeÄ¡jun ta’ Marija, u nħatar Mibgħut fl-1953.

​

Ikklikkja fuq il-vleġġa biex tkompli.

LeÄ¡junarji Prominenti f’Malta u Għawdex 

F’Malta, il-LeÄ¡jun ta’ Marija twaqqaf minn Monica Walsh, 15-il sena biss wara t-twaqqif tiegħu fl-Irlanda, fit-3 ta’ Novembru 1936 f’Tas-Sliema.

 

Monica waslet Malta f’Settembru 1933 u mill-ewwel talbet il-permess biex tibda l-LeÄ¡jun f’Malta. Il-LeÄ¡jun Ä¡ie approvat mill-Isqof  Maurus Caruana OSB fis-sena 1940 u l-ewwel presidenta tal-LeÄ¡jun kienet Tessie Agius. L-ewwel Direttur Spiritwali kien Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali. Il-Praesidium kien jismu ‘Queen of Peace’ u kien jiltaqa’ fiż-żona tas-Sacro Cuor. Fis-sena 1937 Ä¡iet tradotta t-tessera bil-Malti.

​

Fis-sena 1946, Joseph Booker Ä¡ie elett it-tieni President tal-Curia – f’elezzjoni fost erba’ kandidati. Għaxar snin wara l-bidu f’Malta, nhar it-22 ta’ Jannar 1950, saret l-ewwel laqgħa tal-LeÄ¡jun f’Għawdex. Dan kien wara li ta permess l-E.T. Mons .Giuseppe Pace, Isqof ta’ Għawdex u grazzi għall-isforzi  ta’ Joseph Booker, Carmelo Formosa, u Richard Bisazza, li kien it-tielet President tal-LeÄ¡jun, elett fis-sena 1951.  Illum, f’Għawdex, il-LeÄ¡jun hu stabbilit sew fil-parroÄ‹Ä‹i kollha tad-djoÄ‹esi. 

 

Fis-sena 1954 tħabbar li l-membri attivi kienu qabżu l-2,000. Dik is-sena miet  Joseph Booker. ‘Miet Qaddis’ kien irrimarka dwar dan Mons. ArÄ‹isqof Mikiel Gonzi. 

Fis-sena  1957 il-Concilium approva  l-ispiża ta’ 450 lira (Ingliża)  biex jiÄ¡i stampat għall-ewwel darba l-Manwal bil-Malti. Ä ew stampati  2,000 kopja. Din is-sena Carmelo Formosa Ä¡ie elett ir-raba’ President tal-Comitium, fost tliet kandidati.

 

Tliet snin wara, fis-sena 1960, il-Ä¡urnal ‘Leħen is-Sewwa’ beda jiddedika faÄ‹Ä‹ata kull xahar lil-LeÄ¡jun. Fis-sena 1963 saret l-ewwel ħarÄ¡a tal-‘Il-Vexillina’, fuljett bl-istencil ta’ kull xahar,  b’16-il faÄ‹Ä‹ata għall-Juniors, maħruÄ¡ minn Għawdex. Sentejn wara l-ħarÄ¡a bdiet tiÄ¡i stampata.

​

Sas-sena 1963, kien għad hemm  16-il parroÄ‹Ä‹a fejn ma kienx hemm LeÄ¡jun. Dik is-sena Edward Camilleri Ä¡ie elett President tal-Comitium (il-ħames President) minn fost żewÄ¡ kandidati. Fl- 1966, Edward Camilleri u Ä użeppi Bartolo bdew reviżjoni tal-Manwal bil-Malti. 

 

Il-Concilium tal-Irlanda iwaqqaf kunsill Ä¡did fis-sistema tal-LeÄ¡jun – ir-Regia - fis-sena 1968. Dan kien jirrekjeda revizjoni oħra tal-Manwal, li tlesta bil-Malti fis-sena 1971. 

 

Fis-sena 1969, George Pace  Ä¡ie elett unanimament  President tal-Comitium ta’ Malta (is-sitt President) . U George Pace reÄ¡a Ä¡ie elett f’Lulju 1981.

 

Fit- 18 ta’ Marzu 1974, Carmelo Formosa informa lir-Regia li d-dar 278, Triq San Pawl, il-Belt, Ä¡iet imħollija lill-ArÄ‹isqof bil-kundizzjoniji li tintuża bħala headquarters tal-LeÄ¡jun ta’ Marija. Il-benefattur ta’ din l-opra kbira kien ix-Chev. John Francia, li kien miet fil-31 ta’ Jannar 1974.  Is-sena ta’ wara, fl-1975, Edward Camilleri Ä¡ie reÄ¡a’ elett President tar-Regia. 

 

Il-fundatur, Frank Duff imur għall-ħajja ta’ dejjem fis- 7 ta’ Novembru 1980. George Pace rega’ Ä¡ie elett President (it-tmien wieħed) fis-sena 1981. L-ArÄ‹isqof Mikiel Gonzi, sostenitur kbir tal-LeÄ¡jun, imut fit- 22 ta’ Jannar 1984. 

 

Fl-ewwel laqgħa għaż-żgħażagħ li saret fid-Dar tal-LeÄ¡jun, il-Belt, attendew 70. Din saret f’Ä unju 1985.

Dun Karm Farrugia Ä¡ie nominat Direttur Spiritwali tar-Regia f’April 1986. F’Ottubru tal-istess sena, Icilio Ebejer inħatar il-president il-Ä¡did tal-kumitat lokali tal-PPC. Edward Camilleri reÄ¡a’ Ä¡ie elett President tar-Regia fis-sena 1987. 

 

F’Awwissu 1988 il-LeÄ¡jun ingħata l-inkarigu li jieħu ħsieb il-quddies fuq it-TV. Fis-sena 2005 Alfred Sammut Ä¡ie elett President wara kontestazzjoni bejn żewÄ¡ membri. Meta għalaqlu t-terminu, John Francalanza Ä¡ie elett President tar-Regia. Wara ż-żewÄ¡ termini ta’ tlett snin, saret elezzjoni u kellna t-tieni Presidenta mara, Angela Buttigieg. Kenneth Abela Ä¡ie elett Preident f’ Awwissu 2023 meta għalaq it-terminu tagħha. 

 

Tessie Aguis, President, 1940 – 1946 

Joseph Booker, President, 1946 – 1951 

Richard Bisazza, President, 1951 – 1957 

Carmelo Formosa, President, 1957 – 1963 

Edward Camilleri, President, 1963 – 1969 ; 1975 – 1981 1987 - 1993 

George Pace, President, 1969 – 1975; 1981 – 1987,   1993 - 1999

Icilio Ebejer – President –,    1999 - 2005

Alfred Sammut, President – 2005 – 2011

John Francalanza – President – 2011 – 2017

Angela Buttigieg – President – 2017 – 2023

Kenneth Abela – President – 2023 –

 

Referenzi

 

  1. L-Ewwel Ħamsin Sena tal-LeÄ¡jun ta’ Marija f’Malta – 23.04.40 – 23.04.1990

  2. Joseph D. Booker , Appostlu tal-LeÄ¡jun ta’ Marija – Patri Guido Schembri OFM (ippubblikat 1981) 

  3. LeÄ¡jun ta’ Marija , 1950 – 2000.

  4. Carmelo Formosa, Ħajtu u Ħidmietu – Dun Geoffrey G.Attard

TessieAguis_edited.jpg

Tessie Agius

booker 001.jpg

Joseph Booker

RichardBisazza.tif

Richard Bisazza

Carmelo Formosa.JPG

Carmelo Formosa

Eddie.tif
Eddie Camilleri u Icilio Ebejer ma' Leġjunarji Sirjani_edited.jpg

Eddie Camilleri

Eddie Camilleri u Icilio Ebejer ma' LeÄ¡junarji Syrjani

CarmFormosamaFrankDuff16061966_edited_ed

Carmelo Formosa ma' Frank Duff

George Pace Ross

Icilio Ebejer 1_edited.jpg

Icilio Ebejer

Image.jpg

Alfred Sammut

IMG-20240717-WA0001_edited.jpg

Angela Buttigieg

KennethSAMOCPhoto.jpg

Kenneth Abela

bottom of page