- KENNETH ABELA
- May 7
"Għax it-taqbida tagħna mhix kontra d-demm u l-laħam, iżda kontra l-qawwiet ta’ din id-dinja tad-dlam u kontra l-ispirti tal-ħażen fis-smewwiet" (Efesin 6:12) .
Dr Miriam Sciberras, Chairperson tal-Life Network Foundation, Malta fetħet l-Assemblea Nazzjonali tal-Leġjun ta' Marija. Hi kienet il-kelliema ewlenija mistiedna. L-Assemblea saret fuq din it-tema nhar il-Ġimgħa l- 1 ta' Mejju 2026 fis-Sala tal- Iskola Immakulata Kunċizzjoni, Ħal-Tarxien. Din il-kelliema ħeġġet li ‘l fuq mill-200 leġjunarju li kienu preżenti li nridu ngħixu LLUM fil-milja kollha tiegħu u li ngħixu b’kuraġġ fil-konfront tal-ħażen.
Fid-diskussjoni sussegwenti li saret bejn il-membri preżenti u ‘panel’ ta’ leġjunarji, id-Direttur Spiritwali tar-Regia Fr. Jonathan Debattista rreleva ftit statistika ta’ nteress. Il-Leġjun llum hu mifrux fi 48 parroċċa f’Malta u fi prattikament fil-parroċċi kollha fil-Gżira Għawdxija. It- 850 membru jagħmlu l-ħidma appostolika ta’ talb, tqarbin u wens fil-familji, djar tal-anzjani, appostolat tal-baħar u sptarijiet, fost ħidma oħra, fiż-żewġ gżejjer.
L-attività ingħalqet b’quddiesa kkonċelebrata mid-Direttur Spiritwali tar-Regia u Fr Karm Gauci, Direttur Spiritwali tal-Comitium t’Għawdex, b’dawk li attendew mimlija kuraġġ li huma ġew imsejjħa jgħixu b’ kuraġġ u fedelta ILLUM.







