Nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru 2024, l-Uffiċċjali tar-Regia aċċettaw stedina li saret mill-Concilium u attendew fl-Irlanda għal laqgħa msejħa għall-uffiċjali mill Ewropa kollha. Aċċetaw l-istedina 110 leġjunarju li apparti minn Malta kien hemm minn Londra Ċentrali, West Minister Cathedral, Skozja, Franza, naħa ta’ isfel ta’ Londra, u s-Senatus ta’ Liverpool. Tgħallimna dwar kemm il-Leġjun hu attiv fl-Ingilterra, l-Ewropa u saħansitra fid-dinja. Interessanti kien li kien hemm presenti wkoll ‘junior members’.
F’ ‘The Monks of the West’ minn Sr Loirin sirna nafu kif il patrijiet gew f’Ewropa biex jevangelizzaw - illum il-leġjunarji qed jgħamlu l-istess. Il-ktieb “Walking with Mary” ta’ Frank Duff hija biċċa letteratura illuminanti ħafna. Sr Loirin semmiet li meta kienet Malta marret San Pawl il-Baħar fejn kien niżel San Pawl. Tkellmet wkoll dwar ir-rabta tal Maltin ma l-Irlandizi (u dan permezz tak- ‘Floriana Irish boys’, u ċċelebrazjoni tal festa ta’ San Patrizju.
Sr. Miriam sostniet li aħna l-leġjunarji qegħdin f’ taqbida u għalhekk hemm bzonn ta’ uffiċjali mpenjati. Is-sistema qegħda hemm. Issa jmiss li naħdmu għax il Madonna għandha bzonnha. Sr Miriam, fid-diskors tagħha, kkummentat dwar ‘Lay Apostolate – Hope for the church’ u kif il-Leġjun antiċipa saħansitra l- Vatikan fir-rigward ta’ appostolat.
F’Dublin ingħata bidu għall-projett li l-għan tiegħu hu li jdaħħlu 300 persuna fil-Leġjun fl-okkazjoni tal-Ġublew biex jiżdiedu mal- 4 miljun leġjunarju mad-dinja kollha.
Bro Augustine saħaq li l-karatteristika tax-xogħol leġjunarju huwa dak ix-xogħol partikulari ta’ “soul to soul”. Iż-żamma tal-ħbiberija hija mezz biex insiru qaddisin. Il-leġjun joffrilek responsabilità. Mela nitolbu u nibqgħu għaddejin bil-ħidma tagħna.
Sr Loirin spjegat dwar ‘video’, ‘A Call to Arms – Europe rediscover your root’. Dan hu fuq il kuntatti fit-toroq, fejn tqassmu domni mirakulużi . Brother Ian saħaq li l- kuntatti fit triq saru aktar diffiċili mill -COVID-19 l-hawn. Sr Fabiola qalet li fir reklutagg hemm bżonn ta’ “eye to eye contact” waqt li Bro Robert tenna “Mary is calling you” u ngħaddu dan l-ispirtu lil dawk li niltaqgħu magħhom. Bro Siobhan saħaq biex nagħmel dak li l-Madonna tridni ngħamel u biex ngħidu lill-kuntatti l-isem tal praesidium tagħna, u l-ġurnata u ħin tal-laqgħa. Br Declan tkellem fuq il-motivazzjoni u d-disposizjoni tal membri għax xogħol. “Our Lady is crying out for you, go and preach the Gospel today.” Br Philip minn Brentwood qal li aħna ma tantx naraw risultati mmedjati imma jkonna fiducja fid-donma mirakuluża. “God loves his mother through us”’ sostna.
Il-Viċi President tar-Regia ta’ Malta, Bro Anthony Debono, tkellem dwar ‘The Legion in this day and time’ u kif l-orjentazzjoni tal-media tinfluwenza ħafna nies. Il-poplu jgħid li m’għandux ħin għat talb matul il-gurnata. Id-demonju jgħamel il parti tiegħu biex aħna ma inkomplux fix-xogħol tagħna. Għandna ngħamlu uzu mit-teknologija moderna.
Bro Tony minn Liverpool tkellem fuq ‘My Legion experience’ u kif il-Leġjun jilqa kull klassi ta’ nies u dan ifisser kull kwalità ta’ ħajja.
Sr Zara u Sr Dima, ‘juniors’ miċ-ċentru ta’ Londra tkellem dwar l-esperjenzi tagħhom fil Leġjun; kif għamlu ħbieb ġodda u żiedu fit-talb u xogħol leġjunarju.
Fr Peyton kien online. Hu d-direttur spiritwali tal-praesidium ġewwa Birmingham. Għandna nevanġelizzaw bl-għajnuna ta’ Marija u nippruvaw nistiednu nies biex jaħdmu fil-Leġjun.
Wara ritratt tal-okkazjoni saret żjara lid-dar ta’ fejn kien joqgħod Frank Duff, il-qabar ta’ Frank Duff, ir- Regina Coeli u l-Morning Star. Dawn tal-aħħar huma postijiet għal-irgiel u nisa li m’għandhomx saqaf fuq rashom, li għandom problema ta’ alcohol, droga, jew nisa tqal. Dawn il-postijiet huma mmexxija b’mod mill-aktar professionali minn leġjunari voluntiera.
Comentarios