Talb
Recordings tat-talb
L-Uffiċċju tal-Madonna għal matul is-sena
L-Uffiċċju tal-Madonna għall-Għid
L-Uffiċċju tal-Madonna għar-Randan
F'lingwi oħra
Hawnhekk, qed inżidu bil-mod talb u informazzjoni minn
pajjiżi li jaqgħu taħt il-LeÄ¡jun ta’ Marija Malta. Ikklikkja fuq il-bandiera.
Turkey - Tessera
Greece - Manwal
Albania - L-Uffiċċju tal-Madonna
Ä ermanja - Rużarju
Italja - Informazzjoni
Manwal bl-Għarbi
Ingliż - Tessera
Franza - Tessera
Il-Greċja - Tessera
Spanja - Tessera
L-Intenzjonijiet tax-Xahar
tal-Papa għall-2026

Kull xahar, il-Papa jitlob għal intenzjoni speÄ‹ifika. Intom mistiedna twieÄ¡bu t-talba tal-Papa u tingħaqdu ma’ ħafna nies madwar id-dinja biex titolbu għal din l-intenzjoni kull xahar. Ritratt: Media tal-Vatikan
January
Għat-talb bil-kelma t’Alla
Ejjew nitolbu li t-talb bil-kelma t’Alla jkun nutriment għal ħajjitna u sors ta’ tama fil-komunitajiet tagħna, u jgħinna nibnu Knisja aktar fraterna u missjunarja.
April
Għall-qassisin fi kriżi
Nitolbu għas-saÄ‹erdoti li għaddejjin minn mumenti ta’ kriżi fil-vokazzjoni tagħhom, biex isibu l-akkumpanjament li jeħtieÄ¡u u biex il-komunitajiet isostnuhom bil-fehim u t-talb.
July
Għar-rispett għall-ħajja umana
Ejjew nitolbu għar-rispett u l-ħarsien tal-ħajja umana fl-istadji kollha tagħha, billi nagħrfuha bħala rigal mingħand Alla.
October
Għall-ministeru tas-saħħa mentali
Ejjew nitolbu li l-ministeru tas-saħħa mentali jiÄ¡i stabbilit fil-Knisja kollha, biex jgħin biex jingħelbu l-istigma u d-diskriminazzjoni ta’ persuni b’mard mentali.
February
Għat-tfal b'mard inkurabbli
Ejjew nitolbu biex it-tfal li jbatu minn mard inkurabbli u l-familji tagħhom jirċievu l-kura medika u l-appoġġ meħtieġa, mingħajr ma jitilfu qatt is-saħħa u t-tama.
May
Biex kulħadd ikollu l-ikel
Ejjew nitolbu li kulħadd, mill-produtturi l-kbar sal-konsumaturi ż-żgħar, ikun impenjat biex jevita l-ħela tal-ikel u biex jiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal ikel ta’ kwalità.
August
Għall-evanġelizzazzjoni fil-belt
Ejjew nitolbu biex fi bliet kbar li spiss huma mmarkati mill-anonimità u s-solitudni nsibu modi Ä¡odda kif inxandru l-VanÄ¡elu, billi niskopru mogħdijiet kreattivi biex nibnu komunità.
November
Għall-użu xieraq tal-ġid
Ejjew nitolbu għall-użu tajjeb tal-Ä¡id, biex ma nÄ‹edux għat-tentazzjoni tal-egoiżmu, u dejjem ikun għas-servizz tal-Ä¡id komuni u s-solidarjetà ta’ dawk li għandhom inqas.
March
Għad-diżarm u l-paċi
Ejjew nitolbu li n-nazzjonijiet jimxu lejn diżarm effettiv, partikolarment diżarm nukleari, u li l-mexxejja tad-dinja jagħżlu t-triq tad-djalogu u d-diplomazija minflok il-vjolenza.
June
Għall-valuri tal-isports
Ejjew nitolbu li l-isport ikun strument ta’ paÄ‹i, laqgħa u djalogu bejn il-kulturi u n-nazzjonijiet, u li jippromwovi valuri bħar-rispett, is-solidarjetà u t-tkabbir personali.
September
Għall-kura tal-ilma
Ejjew nitolbu għal ġestjoni ġusta u sostenibbli tal-ilma, riżorsa vitali, sabiex kulħadd ikollu aċċess ugwali għaliha.
December
Għal familji b'ġenitur wieħed
Nitolbu għall-familji li qed iÄ¡arrbu l-assenza ta’ omm jew missier, biex isibu appoġġ u akkumpanjament fil-Knisja, u għajnuna u saħħa fil-fidi fi żminijiet diffiÄ‹li.











